Illum daħlet fis-seħħ l-iskeda l-ġdida nazzjonali tal-ġbir tal-iskart domestiku.
Skeda li tagħmilha possibbli biex minn din is-sena l-immaniġġjar tal-ġbir u ġarr tal-iskart domestiku se jkun l-istess għal Malta u Għawdex kollha.
Din l-iskeda qed tidħol fis-seħħ wara 3 snin ta’ konsultazzjoni u saħansitra diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea.
B’din l-iskeda li timplimenta ġabra fuq bażi reġjonali madwar pajjiżna, minflok kull Kunsill Lokali jkollu l-kuntrattur partikolari tiegħu, is-sitt reġjuni se jkunu qed jimmaniġjaw sitt tenders differenti għal-lokalitajiet li jappartjenu lilhom.
Bl-iskeda l-ġdid, nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa irid jinħareġ l-iskart Organiku biss, jiġifieri l-borża bajda, it-Tlieta u s-Sibt tinħareġ il-borża s-sewda bl-iskart imħallat u l-Ħamis wieħed għandu joħroġ il-borża griża jew ħadra bl-iskart riċiklat.
Il-ġbir tal-fliexken tal-ħġieġ se jkun qed isir kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar, u t-tielet Ġimgħa tax-xahar.

Il-ħinijiet li fihom jinġabar l-iskart ivarja skond ir-Reġjun. Segwi l-ħinijiet tal-ġbir tiegħek f’din it-tabella.
