Wara s-suċċess tat-tieni programm BRILLANTI SINGERS, l-Erbgħa filgħaxija jmiss aktar parteċipanti li kollha bil-ħolma li jirbħu t-total ta’ €30,000 għall-avvanz tat-talent tagħhom fil-kant!
Din il-ġimgħa, nlestu ruħna għal mumenti maġiċi oħra hekk kif żgħażagħ minn kull rokna ta’ Malta u Għawdex u lilhinn marru bi ħġarhom ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi għall-awdizzjoni tagħhom quddiem il-ġurija unika tal-programm; Nate Morrison, Sarah Harrison u Verdiana!
X’ser jiġri meta Ramirez jitla’ fuq il-palk u jkanta minn qalbu il-famuza Voilà? u l-vuċi ta’ Dawn ser tmiss il-qlub tal-ġurija? u Mikhail x’ġaralu hekk kif ħalla lill-ġurija kollha b’ħalqhom miftuhħ? Naraw mumenti emozzjonanti hekk kif il-brava Chellcy taħrabilha demgħa u anke tnejn filwaqt li Michael Jackson żgur li kien jitpaxxa meta jara u jisma’ lil Joe Romano, żagħżugħ ta’ talent eċċezzjonali. U kif tista’ titlef l-eżekuzzjoni impekkabli ta’ Kaya, tfajla li kulhadd jiftakarha tirrapreżentana fil-Junior Eurovision ftit snin ilu? X’għandhom lest Swing Time Girls? tgħid jgħaddu għall-fażi li jmiss? u ċ-ċirasa fuq il-kejk ser tkun iċ-ċkejkna Eva, garanzija li l-ħlewwa tagħha ser temozzjona lil kulħadd!
Dan u ħafna aktar BRILLANTI SINGERS, l-Erbgħa 26 ta’ Frar fit-8:45pm, dejjem fuq ONE.