B’investiment ta’ sitt mitt elf ewro, ftit tal-ġimgħat ilu ġie inawgurat ċentru mediku ġdid fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Dan iċ-ċentru se jkun qed itejjeb il-kura tas-saħħa f’din il-faċilità fejn fost il-faċilitajiet li hemm fiċ-ċentru mediku wieħed jista’ jsib kamra għat-tindif ta’ feriti, żewġ ċelel fejn joqogħdu l-priġunieri meta jkunu għall-kura, kamra tad-dentristija, laboratorju, psikjatrija u apparat tal-AEDs, fost oħrajn.
It-trasformazzjoni rat dan iċ-ċentru jinbidel minn sit abbandunat għal post state-of-the-art.