Mill-ħidma tal-kostumi sal-parati kbar, minn filmati antiki sa mumenti attwali. CARNEVALE se jiddokumenta wkoll it-tradizzjonijiet qodma li tlifna maż-żmien flimkien ma’ dawk ġodda li qed iżommu l-Karnival ħaj. Il-Karnival huwa avveniment li jgħaqqad pajjiż madanakollu wara l-maskra hemm naħa kompletament differenti, waħda mimlija pressjonijiet u aspettattivi.
Sezzjonijiet qosra ta’ CARNEVALE jixxandru kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-7:55am, fil-11:35am, fil-4:55pm, fis-7:15pm u f’11:50pm filwaqt li d-dokumentarju sħiħ jixxandar il-Ħadd fil-5:30pm, b’repetizzjoni t-Tnejn fis-7am, il-Ġimgħa fl-10:35pm u s-Sibt 12:40pm
L-ewwel episodju minn dan id-dokumentarju, jixxandar il-Ħadd 05 ta’ Jannar fil-5:30pm