Mil-lejla jirritorna fuq l-iskrins tat-televiżjoni l-programm Min Imissu?!
Il-programm satiriku u li jnissel tbissima fuq fomm ħafna nies, se jkun qed jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija.
ONE News ħa l-kummenti ta’ Carlos Debattista, wieħed mill-imħuħ wara l-programm fejn qasam magħna l-ħsieb wara din is-sensiela.
Debattista spjega kif “Il-format jixbaħ ħafna l-istil li kellna qabel iżda żidna l-atturi, żidna wkoll il-kittieba, is-sett kiber, bħala programm kiber. L-istil tal-humor għadu l-istess iżda daqxejn iktar interessanti, iktar spint.”
F’din is-sensiela se jirritornaw karattri magħrufin bħal Karmelo Arancini, il-Lajf u l-Hospital Expressions li kull ġimgħa jdoqqu kanzunetta differenti.
Kull ġimgħa l-programm jara personalità magħrufa man-nies li tkun mistiedna fil-programm, fejn kif ngħidu bil-Malti, jibdew jinkixfu l-borom.
L-ewwel mistiedna f’din is-sensiela se tkun l-attriċi Cassandra Spiteri.
Min-naħa tiegħu, Carlos spjega wara s-suċċess tal-edizzjonijiet passati, l-isfida kienet li l-produzzjoni titla’ għal livell ogħla.
Debattista sostna li “L-isfida kienet bażikament biex tipprova tagħmel aħjar milli kellna qabel u naħseb li din id-darba vera rnexxielna nagħmlu xi ħaġa interessanti u speċjali. Looking forward biex nara r-reazzjoni tan-nies.”