L-emozzjonijiet waqt Arani Issa jibqgħu dejjem friski, ġenwini u b’garanzjia li jmissu l-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin kollha, emozzjonijiet sinċieri li joħorġu mill-ħajja ta’ Maltin bħalna li ħajjithom hija tassew eżempju għalina lkoll.
Din il-ġimgħa, waqt il-programm naraw l-istorja ta’ Carolina, mara kuraġġuża li għaddiet minn ħafna iżda minkejja dan kollu tibqa’ tħares ‘il quddiem b’determinazzjoni soda hekk kif tpoġġi lil familtha dejjem ta’ quddiem nett, u sħabha f’din l-edizzjoni jixtiequ juruha kemm iħobbuha u kemm jammirawha!
Hekk ukoll hija l-istorja ħelwa ta’ mara li għaddiet minn esperjenza diffiċli f’ħajjitha u li qed tagħmel minn kollox biex tegħlibha! Pero’ żgur illi hija Claudette Curmi li ser tisraq il-qlub ta’ kulħadd. Claudette, mat-twelid tat-tifla tagħha Kaya, skopriet li l-istess tifla ġiet milquta minn marda rari ħafna u tistgħu timmaġinaw minn xiex għaddiet din il-mara hekk kif kellha tadatta ħajjitha għal realta’ diffiċli ta’ marda tant rari li kważi ħadd ma seta’ jagħmel dianjożi akkurata fuqha. Minn xhiex għaddiet Claudette u x’għamlet din il-mara tant kuraġġuża sabiex titrasforma din is-sitwazzjoni f’waħda pożittiva li lkoll kemm aħna ser nammiraw?
Dan apparti mill-ispettaklu sabiħ li ser twasslilna l-vuċi meraviljuża ta’ Ruth Casingena waqt din l-edizzjoni ta’ Arani Issa li tixxandar is-Sibt 2 ta’ Novembru fid-8:45pm fuq ONE