F’dawn il-jiem tal-Għid, ONE ikun qed ixandar xandiriet u programmi speċjali relatati ma’ dawn iż-żminijiet. F’Jum il-Ġimgħa l-Kbira, ONE jingħaqad ma’ Puttinu għal xandira ta’ ġbir ta’ fondi mid-9:15am sat-3pm u mid-9pm sa nofsillejl. Għal din is-sena, it-Tifkira Solenni tal-Passjoni tal-Mulej u l-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira se tkun qed tixxandar minn Bormla, filwaqt li wara l-bulettin ta’ ONE News, Ruth Frendo se twassal edizzjoni speċjali tal-programm Popcorn li se tiffoka dwar films adattati għal danw il-jiem.
Nhar Sibt il-Għid se jixxandru żewġ kunċerti u drama li żgur is-segwaċi ta’ ONE se jieħdu gost isegwu. Kunċert vokali u strumentali ta’ mużika sagra mill-banda tal-pulizija f’11:40am u l-kunċert ta’ Fr Karm Debattista; Niġi Għandek fis-1:45pm. Tard wara nofsinhar fl-3:40pm id-drama ‘il Bogħod mill-Golgota u fl-4:30pm il-film qasir malti Sallbu Sallbu. Fit-8pm mill-kappella ta’ San Ġużepp f’Santa Venera tixxandar il-Vġili Solenni tal-Għid.
Nhar Ħadd il-Għid, f’11:55am f’xandira diretta mill-Belt tal-Vatikan, l-Urbi Et Orbi mill-Papa Franġisku, filwaqt li filgħaxija peress li l-Ħadd huwa wkoll Jum il-Ħelsien, għaxar snin wara li ttellgħet fl-MFCC Ta’ Qali, se tixxandar Ġensna: History Rocks