Il-Kummissjoni Elettorali ħarġet il-jiem u l-ħinijiet ta’ votazzjoni ta’ persuni li jinsabu f’San Vinċenz de Paul, fl-34 Dar tal-Anzjani u fl-Isptarijiet Mater Dei, inkluż l-Isptar tal-Onkoloġia Sir Anthony Mamo, Karin Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali f’Għawdex, inkluż Downtown Hotel.
Fir-Residenza San Vinċenz de Paul u 34 Dar tal-Anzjani (ara skeda) – is-Sibt, 19 ta’ Marzu, 2022;
Fl-Isptarijiet Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, il-Ħamis, 24 ta’ Marzu. Il-ħin tal-votazzjoni jkun mis-7.00 a.m. sal-10.00 p.m. mingħajr waqfien.
Fil-każ tar-Residenza San Vinċenz de Paul u tal-34 Dar tal-Anzjani
Jivvotaw f’dawn il-postijiet, fid-19 ta’ Marzu, dawk il-votanti li huma reġistrati f’dawn l-istituzzjonijiet, kif ukoll dawk kollha residenti, iżda mhux reġistrati bħala votanti fihom, sas-Sibt, 12 ta’ Marzu, 2022.
Intant dawk il-membri tal-familja jew persuni oħra li għandhom id-dokument għall-votazzjoni ta’ xi qraba jew persuni oħra bħalissa residenti f’San Vinċenz de Paul u fid-Djar tal-Anzjani għandhom jagħtu dan id-dokument lil din il-persuna sa mhux aktar tard min-nofsinhar tal-Ġimgħa, 18 ta’ Marzu.
Fid-19 ta’ Marzu ma jkunx hemm ħinijiet għall-viżitaturi f’dawn l-istituzzjonijiet.
Fil-każ tal-Isptarijiet Mater Dei, Karen Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex:
Jivvotaw f’dawn il-postijiet, fl-24 ta’ Marzu, il-votanti rikoverati fihom sas-6.00 ta’ filgħaxija tat-Tnejn, 21 ta’ Marzu, u mhux kif jidher fuq id-dokument tal-votazzjoni tagħhom. Huwa importanti li dawn il-votanti jiżguraw li d-dokument/i tal-vot tagħhom ikunu fil-pussess tagħhom sal-20 ta’ Marzu, 2022.
Skeda
01 | Il-Ħamrun | Dar San Pawl |
02 | Santa Venera | L-Istitut ta’ Apap |
03 | Santa Venera | Casa Francesco |
04 | Bormla | Dar tal-Anzjani |
05 | Iż-Żejtun | Dar l-Anzjani |
06 | Ħal Għaxaq | Ghigo Community Residence |
07 | Marsaskala | St Thomas Community Living |
08 | Il-Fgura | Residenza San Ġużepp |
09 | Paola | Casa Paola |
10 | Ħal Tarxien | Dar l-Annunzjata |
11 | Ħal Qormi | Dar Pinto |
12 | L-Imtarfa | Dar għall-Anzjani |
13 | Ir-Rabat (M) | Villa Messina |
14 | Ir-Rabat (M) | Dar Saura |
15 | Ir-Rabat (M) | St Elizabeth Home |
16 | Ħal Balzan | Casa Antonia |
17 | Birkirkara | Dar tal-Kleru ‘Christus Sacerdos’ |
18 | L-Imsida | Jasmine Nursing Home |
19 | In-Naxxar | Golden Care |
20 | In-Naxxar | Simblija Care Home/Hilltop Residence |
21 | San Ġiljan | Casa Leone XIII |
22 | San Ġiljan | Residenza tal-Anzjani, Sptar Zammit Clapp |
23 | Tas-Sliema | Casa Marija |
24 | Tas-Sliema | The Imperial |
25 | Ħ’Attard | Dar Santa Katerina |
26 | Ħ’Attard | Roseville |
27 | Il-Mosta | Sorijiet Franġiskani ‘Pax Et Bonum’ |
28 | Il-Mosta | Casa Arkati |
29 | Il-Mosta | Dar il-Madonna tal-Isperanza |
30 | Il-Mosta | Central Home |
31 | Il-Mellieħa | Dar il-Madonna tal-Mellieħa |
32 | San Pawl il-Baħar | Casa Serena |
33 | San Pawl il-Baħar | Casa San Paolo |
34 | San Lawrenz | Villa San Lawrenz |