Hekk kif wasal Neil Agius qal li l-aktar mument diffiċli kien bejn l-erbgħa u l-ħamsa ta’ filgodu minħabba li kien qed iħoss ħafna bard. Iżda xorta waħda baqa’ mimli kuraġġ u fiduċjuż li kien se jirnexxilu jlesti din l-isfida.
Huwa qal li għamel din l-isfidi sabiex jgħadddi l-messaġġ lin-nies biex ikunu aħjar u jibżgħu għall-ambjent.
Intant, fuq il-midja soċjali l-Prim Ministru Robert Abela feraħ lil Neil Agius li rnexxielu jtemm b’suċċess l-għawma li għamel bejn Sqallija u Malta. Huwa sostna li għandna naħdmu favur il-messaġġ wara din l-għawma kuraġġuża ta’ Neil li lkoll kemm aħna għandna nagħmlu sforz biex ambjent isbaħ bil-għan li jkollna għada aħjar.
Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima feraħ lil Neil li għam b’suċċess bejn Malta u Sqallija d-distanza ta’ 100 kilometru.
Huwa stqarr li l-gvern Malti japprezza immens l-ġest tas-Sur Agius li permezz ta’ din l-għawma bagħat messaġġ b’saħħtu ħafna favur l-indafa fil-baħar, speċjalment fil-madwar tal-gżejjer Maltin.
Is-Segretarju Parlamentari Grima rringrazzja wkoll lil dawk kollha li kienu mas-Sur Agius fl-aħħar sigħat, u għenuh biex wasal għal dan it-tragward mistħoqq, li se jibqa’ mniżżel fl-istorja sabiħa tal-isport lokali.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/06/26/bil-filmat-il-wasla-ta-neil-agius-minn-sqallija-bl-ghawm-6/