Id-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ħa l-inizjattiva li jwassal messaġġ virtwali ta’ kuraġġ lill-poplu Malti u Għawdxi, poplu kuraġġuż li matul il-mixja tal-istorja tiegħu, qatt ma qata’ qalbu meta ġie wiċċ imb’wiċċ ma’ mard u ma’ gwerer.
Fl-istess waqt dan hu messaġġ ukoll ta’ prevenzjoni sabiex noqogħdu attenti u nipproteġu lilna nfusna.
Il-projezzjoni qed issir kuljum, għal 15-il ġurnata, mit-8pm sa nofsillejl, fuq waħda mill-faċċati tas-swar maestużi taċ-Ċittadella.
Ritratti (MGOZ)