Is-sena 2020 kienet waħda differenti. Sena li nħasset mhux biss mill-adulti iżda anke mit-tfal li forsi kellhom jadattaw għal mixja differenti fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum.
Issa hekk kif wasalna biex nagħlqu s-sena 2020, fejn proprju ftit tal-jiem oħra mistenni jibda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, il-Milied huwa jum li bosta tfal ikunu ħerqana biex jiċċelebraw hekk kif jaslulhom ir-rigali mingħand Missier il-Milied.
Filmat li ttella’ fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook tal-Gvern Malti, juri kif minkejja t-tfal huma żgħar fl-età, xorta waħda jaħsbu fi qrabathom li forsi din is-sena kellhom iqattgħu aktar ħin waħedhom bħala prekawzjoni kontra l-imxija.
Fil-fatt din it-tifla li tifher fil-filmat l-unika inkwiet tagħha kien kif se tkellem u twassal ir-rigal tagħha lil nannuha li minħabba raġunijiet ovvji ma bdewx iżuruh. Iżda f’nofs ta’ lejl stenbħet u rnexxielha taqbad lill-Missier il-Milied ipoġġilha r-rigali taħt is-sigra. B’ġirja waħda biex tilbes ilbies protettiv kontra l-Covid, it-tifla tiġri fuq Missier il-Milied u tgħidlu x-xewqa tagħha.
Dik li jwassal ir-rigal tal-Milied lil nannuha, filwaqt li rringrazzjatu talli neħħa ż-żarbun meta daħal għandha.