https://www.youtube.com/watch?v=_UFIxDVioNM
Angela Merkel inħatret Kanċillier Ġermaniż għar-raba darba, wara xhur ta’ staġnar politiku.
Il-Parlament Ġermaniż approva lill-istess Merkel b’tlett mija erbgħa u sittin vot favur u tlett mija u ħmistax kontra.
Merkel wegħdet li se tibda mill-ewwel bil-ħidma wara perjodu twil ta’ negozjar fuq koalizzjoni.
Fil-fatt, għaddew kważi sitt xhur mindu saret l-elezzjoni, meta l-bloc konservattiv ta’ Merkel kiseb l-agħar riżultat f’dawn l-aħħar sebgħin sena.
Biex fil-bidu ta’ Marzu, merkel assigurat ftehim ta’ koalizzjoni mas-Soċjalisti Demokratiċi.