Waqt il-programm L-IMGĦODDI. ILLUM. Ix-xandar veteran Ray Azzopardi, rrakkonta l-ewwel mumenti tiegħu fl-istazzjon ONE, fejn b’nostalġija qal li ra dawn l-istazzjonijiet jinbnew u jikbru.
Intervistat minn Hermann Bonaci, Ray tkellem dwar it-tim qawsalla, tim ta’ żgħażagħ li kienu jikkontribwixxu fix-xandir. Tim li ħarreġġ bosta persuni li llum avvanzaw f’karrieri diversi. Waqt il-programm intwerew filmati mill-passat ta’ uħud mill-programmi u xandiriet li Ray kien involut fihom tul il-karriera twila tiegħu, b’waħda mill-memorji sbieħ tiegħu kienet meta kien involut f’xandira tal-festi kollha ta’ Santa Marija meta l-apparat fl-istazzjon kien limitat.
Ray Azzopardi, fost l-oħrajn jibqa’ popolari għall-programmi maratona li kien jipproduċi u jippreżenta l-Ħadd wara nofsinhar. Hawnhekk, Ray esprima kif kienet ix-xewqa tiegħu li l-Ħadd wara nofsinhar is-segwaċi Maltin ma kinx ikollhom il-bżonn isegwu stazzjonijiet barranin u allura xtaq li joħloq spettaklu b’xejn biex jixxandru l-Ħadd wara nofsinhar. Programmi li kienu jinolvu ammont ta’ nies b’udjenza preżenti f’teatru studio apposta fil-kumpless ONE.
Jekk tixtieq issegwi aktar, tista’ terġa ssegwi L-IMGĦODDI. ILLUM billi tagħfas hawn: https://play.one.com.mt/ep/60625/2023-10-12/l-imghoddi-illum