Magħruf sew għal uħud mill-aqwa kanzunetti ta’ Malta bħal Paul, Young Again, Tbissem u Mhux Xorta, Matthew James sar jiddistingwi ruħu meta jiġi biex iwassal hits ta’ din ix-xorta. Din id-darba ukoll, ingħaqad mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta biex iwassal ballad oħra li tmiss il-qalb.

Matthew jispjega li “Il-kanzunetta ‘People’ titratta dwar li niffukaw fuq ix-xebh li għandna bħala bnedmin, aktar milli d-differenzi tagħna. Naħseb li jekk kulħadd jersaq lejn il-ħajja b’dan il-mod, ikollna inqas gwerer u aktar imħabba fid-dinja tagħna.”
Il-kanzunetta hija miktuba u orkestrata minn Matthew bi produzzjoni ta’ Howard Keith f’Jagged House Studios flimkien mal-istess Matthew.
‘People‘ hija t-tielet single mill-album il-ġdid ta’ Matthew: ‘Ashes to Ashes‘, li se joħroġ f’Jannar li ġej. Sadanittant, tista’ tara l-vidjow mużikali li ħareġ issa, miġbud fit-Teatru Salesjan meraviljuż, taħt id-direzzjoni ta’ Steve Levi Vella, hawn: