Dr Lydia Abela qasmet, fuq il-midja soċjali, filmat dwar l-impenn tagħha flimkien mal-atleti Maltin ta’ Special Olympics.
Waqt li ddeskriviet din l-esperjenza bħala waħda sabiħa, mart il-Prim Ministru titkellem dwar l-isforz u d-dedikazzjoni li jagħtu kull wieħed u waħda mill-atleti Maltin, inkluż kull meta jirrappreżentaw lil pajjiżna internazzjonalment, b’riżultati mill-aqwa li rnexxielhom jiksbu, kif seħħ fl-aħħar snin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Akkumpanjata wkoll minn Anna Calleja, id-Direttur Nazzjonali ta’ Special Olympics Malta, Dr Abela mhux biss titkellem dwar l-esperjenza personali mal-atleti b’mod individwali, imma wkoll titħarreġ magħhom.