Maratona b’risq Fondazzjoni Nazareth taż-Żejtun – id-djar għall-persuni b’diżabbiltà nhar il-Ħadd 23 ta’Settembru mill-11.00 sal-11.30.
Fondazzjoni Nazareth hija organizazzjoni mmexxija fuq bażi volontarja biex tagħti ħarsien u kustodja lill-persuni b’diżabbiltajiet diversi u li m’għandhomx min jindukrahom u jħarishom.
Fi tlett idjar tagħha, Fondazzjoni Nazareth tagħti l-attenzjoni tagħha lil 28 persuna, 24 siegħa kuljum sebat ijem fil-ġimgħa bl-għan ewlieni li jgħixu f’ ambjent ta’ familja fil-komunità.
Appell lill-kazini tal-baned u soċjetajiet, football nurseries / football clubs u entitajiet volontarji oħra kif ukoll kunsilliera sabiex fil-ħin limitat tagħhom jgħinu billi jirrispondi t-telefonati. Jistiednukom li tiġu bil-gear tal-festa jew gear tal-isports partikolari. Mistiedna wkoll il-membri parlamentari kollha.
Il-maratona se tkun qed tittella’ nhar il-Ħadd 23 ta’Settembru, 2018 mill-istudios ta’ ONE Productions il-Marsa bejn il-11.00 u l-23.30.