MAra ġiet salvata wara li waqgħet minn fuq blata biswit il-bajja ta’ Fajtaja f’Marsascala. Immedjatament fuq il-post intalbet l-assistenza tal-lifeguards tar-Red Cross, Protezzjoni Ċivili u l-Forzi Armati ta’ Malta u kif ukoll ta’ Transport Malta minħabba li kienu jinsabu b’dinghy viċin il-post tal-inċident. Hija ngħatat ukoll l-ewwel għajnuna mill-membri tar-Red Cross li kienu jinsabu fil-bajja ta’ Marsascala. L-mara ddaħlet l-art permezz tad-dingħy ta’ Transport Malta fejn sabet jistenniha tim meidku mill-isptar Mater Dei mmexxi mit-tabib tal-emerġenza Dr Michael Spiteri. huma komplew jassistu lill-mara li setgħet ġarrbet xi ġrieħi f’daharha.
Hija ttieħdet l-isptar permezz ta’ ambulanza. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.