Naxxari kklassifika fost l-aqwa plejers tal-logħba FIFA. Il-ġuvni Kurt Fenech li ftit tal-jiem ilu kien qed jirrapreżenta lil Malta fit-tazza tad-dinja tal-logħba FIFA wasal sas-semi finali tal-kampjonat fejn matulu huwa ltaqa’ u rebaħ kontra r-rebbieħ tas-sena l-oħra.
Minkejja li rebaħ din l-isfida, Fenech tilef fis-semi finali wara logħba missielta ferm kontra dak li eventwalment spiċċa fil-rebaħ ta’ din il-kompetizzjoni.
Fenech kompla jispjega li minkejja li bosta jaħsbu li dan l-isport huwa xi delizzju, fil-verità jirrikjedi impenn kbir bi plejers bħalu jkollhom jilagħbu numru kbir ta’ logħob kull sena sabiex jikkwalifikaw għal kompetizzjonijiet kbar internazzjonali.
Huwa wera x-xewqa li jikber l-għarfien dwar dan l-isport għax Malta qed tikseb isem tajjeb.
Sabiex jikkompeti f’dawn il-kampjonati Fenech qed jiddedika ħinu għal din il-logħba li issa saret il-professjoni tiegħu:
“Huwa differenti minn xogħol normali ovvjament, il-fatt li nsiefru postijiet madwar l-ewropa u madwar id-dinja huwa sabiħ, mhux faċli daqs kemm ċertu nies jaħsbu, fih l-istress tiegħu, sena sħiħa nilagħbu ma nafx kemm il-logħba l-fatt li tasal sal-aħħar huwa ta’ sodisfazzjon.”