Il-grupp mużikali Amerikan The Smashing Pumpkins għadu kif ħareġ diska ġdida bl-isem The Knights of Malta, iddedikata primarjament għall-qlubija tal-Ordni li ħakmet lil pajjiżna fil-medjuevu.
Il-grupp huwa magħruf għall-mużika rock, iżda l-kanzunetta li ħarġu lbieraħ stess għandha sentiment klassiku mmens, bil-pjanu u l-vjolin ikunu prominenti tul it-tliet minuti tal-kanzunetta.
Knights of Malta hija l-ewwel kanzunetta mill-album il-ġdid tal-grupp, li mistenni jiċċelebra it-30 anniversarju tiegħu permezz ta’ tour fil-ġimgħat li ġejjin.
Din il-kanzunetta jidher li niżlet tajjeb anke mal-Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu!
Good morning with @SmashingPumpkin new release #Knights of #Malta https://t.co/RpA697vXJZ
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) November 9, 2018