“Malta pajjiz progressiv, sigur fejn il-persuni LGBT+ ihossuhom milqugħin.”
Stqarr dan Thomas Bomkes minn ITB Berlin – l-ikbar fiera fid-dinja fil-qasam tat-Turizmu.
“Malta is very safe for lgbt persons. Very friendly and progressive.”
Rapprezentati minn ITB Berlin kienu pajjizna għal konferenza organizzata mill-awtorita maltija ghat-turizmu bil-għan li pajjizna jiġbed turizmu LGBT+.
Leslie Vella Deputat Kap Eżekuttiv fl-Awtorita Maltija għat-turizmu qal li l-Awtorita qiegħda tara kif aktar koppji LGBT+ jiġu Malta għal btala. Dan wara li l-passi kbra li għamlet Malta fl-aħħar snin fil-qasam tad-drittijiet ċivili.
Filfatt l-Awtorita bdiet b’kampanja ta’ riklamar u tipparteċipa f’fieri biex tippromovi lil Malta bħala destinazzjoni għall-persuni LGBT+. Bil-Pajjizi li qiegħda taħdem magħhom Malta hemm ir-Renju Unit, L-Awstralja, L-istat uniti, Franza , Italja fost pajjizi ohra.
“Huma turisti li jsiefru for relaxation , bajjiet, parties u jaraw lil Malta safe għalihom.”
Filfatt, Rika Jean Francois minn ITB Berlin iddeskriviet lil Malta bħal destinazzjoni ideali.
“Equal Marriage all progressive rights and in good track.”
Il-Ministru għall-ugwaljanza Helena Dalli tkellmet dwar il-ħidma tal-gvern malti fil-qasam tad-drittijiet ċivili f’dawn l-aħħar ħames snin u tenniet l-impenn tal-gvern sabiex jiġu issalvagwardjat d-drittijiet ta’ kull persuna.