Raġel li jmexxi ħanut tal-kafè fil-binja li tilqa’ lil ġurnal tal-oppożizzjoni Torka inżamm arrestat wara li qal li kieku jirrifjuta li jservi t-tè lill-President Recep Tayyip Erdogan.
Senol Buran, li jmexxi l-ħanut fil-binja tal-ġurnal Cumhuriyet, it-Turkija, inżamm akkużat li insulta lill-President. Iżda hu qed jinsisti li dak li qal ma kienx insult.
L-awtoritajiet Torok qed ikunu ħarxa kontra min imerihom, minn meta seħħ kolp ta’ stat f’Lulju li għadda. Il-ħaddiema tal-ġurnal kienu fost l-eluf arrestati, sospiżi jew imkeċċija mix-xogħol. Il-ġurnal huwa fost il-ftit li azzarda jippublika affarijiet kontra Erdogan.
Buran stqarr ċar mal-Pulizija: “kieku ma nservix it-tè lill-Erdogan”.