Lyndsay Pace li ħadet sehem f’diversi festivals nazzjonali, fosthom Mużika Mużika li għadu kif sar riċentament, bħalissa qed tiffoka fuq l-ewwel album tagħha li propju ħiereg dan is-sajf permezz ta’ kunċert live.

Hija filfatt għadha kif ħarġet kanzunetta ġdida bl-isem ta’ “Hanging” kif ukoll vidjo lirikali b’kolaborazzjoni mat-tim tagħha fl-Ingilterra Highkey Music. Tista’ tisma l-kanzunetti ta’ Lyndsay fuq il-pjattaformi digitali kollha bhal Spotify, ITunes kif ukoll Apple Music.
Lyndsay taspira biex tkompli tevolvi fil-karriera mużikali tagħha u kontinwament tibqa’ taħdem sabiex tilħaq livell professjonali f’dak kollu li tagħmel.
Segwi hawn il-vidjo lirikali ta’ ”Hanging”