Il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech qed imur quddiem l-elettorat f’din l-elezzjoni ġenerali b’wegħdiet mingħajr costings u li għadhom qed jiġu diskussa.
Dan ammettieh is-Segretarju Ġenerali Nazzjonalista Michael Piccinino, waqt dibattitu mal-President tal-Partit Laburista Ramona Attard fuq ix-xandir nazzjonali fil-programm Topik.
Hawnhekk il-President tal-Partit Laburista kienet skjetta u staqsiet lil Piccinino kemm huma l-costings tal-wegħdiet, bis-Segretarju Ġenerali Nazzjonalista deher evidenti li ma kellux.
L-ispjegazzjoni ta’ Piccinino baqgħet ma ġietx.
Il-preżentatur staqsa lil Piccinino x’garanzija hemm dwar il-costings tal-wegħdiet u anki hawn baqa’ ma weġibx.
Hawnhekk Dr Ramona Attard innutat kif il-partit ta’ Bernard Grech approva l-manifest elettorali, iżda u fl-ewwel erbat ijiem biddlu tliet darbiet.
Dr Attard innutat kif fost il-wegħdiet li żdiedu wara li nqabdu li ma qalu xejn, kien hemm dawk fuq il-kaċċa.
Waqt dan il-programm, is-Segretarju Ġenerali Nazzjonalista spiċċa jħawwad ukoll fuq dak li qal il-Kap Bernard Grech fuq l-ODZ.
Il-President tal-Partit Laburista nnutat l-inkonsistenza tal-Partit Nazzjonalista u Bernard Grech.