Waqt li Destiny kienet qed tagħti prestazzjoni meraviljuża fuq il-palk f’Rotterdam, iċ-ċkejkna Giorgia Mae akkumpanjat lill-Ambaxxatriċi Maltija biż-żfin u l-kant minn Malta.
F’filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali minn Dr Lydia Abela, bint il-Prim Ministru tidher qed tagħti l-appoġġ tagħha lejn Destiny.
Giorgia Mae saħansitra imitat ż-żifna li kienu qed jiżfnu ż-żeffiena li akkumpanjaw lil Destiny fuq il-palk.
Intant aktar kmieni matul il-jum tal-bieraħ, fuq Facebook il-Prim Ministru Robert Abela tella’ tpenġija li għamlet Giorgia Mae sabiex tgħaddi l-awguri tagħha lill-Ambaxxatriċi Maltija.