L-ambaxxatriċi Maltija għall-Eurovision Song Contest, Christabelle kienet f’Moska biex tippromovi l-kanzunetta tagħha Taboo.
Hija kantant f’wieħed mill-istabbilimenti ewlenin fil-kapitali Russa.
Christabelle ġiet intervistata min-numru ta’ ġurnalisti mhux biss mill-midja Russa iżda anki dik internazzjonali u ntlaqgħet tajjeb ħafna.
Il-ġimgħa d-dieħla hija se tkun f’Amsterdam biex tippromovi l-kanzunetta ta’ Malta u ONE News se jkun preżenti fejn se jkompli jsegwi l-aħħar żviluppi ta’ Christabelle. Dan is-sit se jkun anke f’Lisbona f’Mejju li ġej biex jagħtikom l-aħħar dettalji dwar il-Eurovision.
Ara l-interpretazzjoni ta’ Taboo f’Moska: