Hekk iddeskriviet l-iżviluppi fil-liġi tal-protezzjoni tat-tfal, il-Kummissarju tat-tfal Pauline Miceli.
Fil-liġi l-ġdida tal-protezzjoni tat-tfal, l-gvern qed jipproponi li l-professjonisti li jaħdmu mat-tfal ikunu legalament marbuta li jirapportaw kull abbuż fuq it-tfal.
Bil-Kummissarju tat-tfal tispjega l-importanza ta’ dan l-obbligu li se jkollhom l-professjonisti li jaħdmu mat-tfal.
Aktar minn hekk, il-liġi l-ġdida qed tipproponi bidliet oħrajn fosthom dwar il-care orders u l-kustodja tat-tfal li mhux se jibqgħu aktar fir-responsabbilta tal-Ministru iżda tal-aġenzija appoġġ jew tal-kapijiet tar-residenzi li jgħixu fihom it-tfal.
Dan filwaqt li se jinfetaħ ċentru terapewtiku għal minuri b’imġiba diffiċli fejn ħa jiġu mogħtija terapija għal żmien li jiġi stipulat mill-Qorti.
Bidliet fundamentalment meħtieġa, kif spjegat Pauline Miceli.
Il-Kummissarju temmet tappella biex nitrattaw lit-tfal b’dinjita u nagħrfu li huma bnedmin daqskemm huma l-adulti.
Il-liġi l-ġdida tal-protezzjoni tat-tfal se tkun miftuħa għall-konsultazzjoni pubblika sal-aħħar ta’ Lulju li ġej.