Il-Kummissarju tal-Pulizija permezz ta’ stqarrija avża li nhar is-Sibt 29 ta’ Lulju, 2017, bejn id-disgħa u nofs ta’ filgħaxija u l-ħdax u nofs ta’ filgħaxija, ser jingħalqu bosta arterji tat-traffiku, sabiex tkun tista’ tinżamm il-wirja tan-nar tal-ajru, relatata mal-festa ta’ St. Venera.
L-arterji prinċipali li ser ikunu magħluqa huma:
- Il-bypass tal-Imrieħel direzzjoni lejn il-bypass tal-Marsa (minn fejn l-uffiċini tal-MFSA).
- Il-bypass tal-Marsa minn ma’ Triq Aldo Moro, il-Marsa (it-telgħa biswit is-sezzjoni tal-Kavallerija tal-Pulizija). Triq Aldo Moro ser tibqa’ aċċessibli għat-traffiku.
- Il-bypass tal-Marsa, direzzjoni lejn il-mina ta’ S Venera u direzzjoni lejn il-bypass tal-Imrieħel.
- Triq il-Kbira San Ġużepp, St. Venera u parti minn Triq il-Kbira San Ġużepp
- Triq il-Kanun, St. Venera
Il-pubbliku ser ikun jista’ jagħmel użu, mingħajr ebda restrizzjoni, minn dawn l-arterji prinċipali:
Triq Salvu Psaila, St. Venera.
Triq il-Kappillan Mifsud, St.Venera.
Triq il-Wied ta’ Birkirkara, l-Imsida.
Triq Misraħ il-Barrieri, St. Venera.
Triq l-Imdina, Birkirkara.
Triq Aldo Moro, il-Marsa.
Triq Diċembru Tlettax, il-Marsa.
Il-mini ta’ St. Venera (direzzjoni lejn il-bypass tal-Marsa).
Huwa importanti li t-traffiku li għaddej lejn id-direzzjoni tal-bypass tal-Imrieħel għan-naħa t’isfel ta’ Malta (southbound), li jinkludi wkoll l-Ajruport, għandu jsib rotta alternattiva bħal Ħaż-Żebbug, fost oħrajn.