L-awtoritajiet tas-saħħa qed jagħtu l-permess isir ċertu taħriġ għal sport li ma jinvolvix kuntatt.
Dan bħal ġiri, ċikliżmu, golf, tennis, għawm, motor sport, weightlifting u sparar bil-qaws fost oħrajn.
L-ibburdjar jista’ jkun parti minn din il-lista ta’ sport permess jekk fuq l-opra tal-baħar tkun tista’ tinżamm id-distanza soċjali.
Il-maskra tista’ titneħħa waqt attività sportiva intensa.
Affarijiet rikreazzjonali bħal horse riding ukoll jista’ jsir.
F’avviż legali ntqal li s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika tista’ wkoll teżenta lit-timijiet nazzjonali sportivi f’każ ta’ logħob internazzjonali.
Dan intqal anki fl-isfond li t-tim nazzjonali tal-futbol imissu jilgħab f’logħba ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja kontra r-Russja bħal-lum ġimgħa f’Ta’ Qali.