Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar ukoll li mill-ewwel ta’ Lulju se jiftaħ l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Bit-titjiriet se jkun minn u lejn dsatax-il destinazzjoni dawn huma:
- IŻLANDA
- SLOVAKJA
- ĊIPRU
- LITWANJA
- IŻRAEL
- NORVEĠJA
- SVIZZERA
- ESTONJA
- DANIMARKA
- UNGERIJA
- AWSTRIJA
- LUSSEMBURGU
- ĠERMANJA
- REPUBBLIKA ĊEKA
- FINLANDJA
- IRLANDA
- SQALLIJA
- SARDINJA
- LATVJA
Il-Prim Ministru qal li minn jiġi pajjiżna minn dawn id-dsatax-il destinazzjoni mhux se jkun obbligat li joqgħod kwarantina.
Intqal li dawn id-destinazzjonijiet huma miftuħa għal dawk il-persuni li ilhom minn tal-inqas erba’ ġimgħat jgħixu f’dawn il-postijiet imsemmija.