Huwa mifhum li dawn il-protokolli se jkunu replikati f’kull Knisja li se fiha se tkun qed issir iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.
L-attendenza ta’ kongregazzjoni għall-Quddiesa se tirritorna wara waqfa ta’ tliet xhur, f’miżura bla preċedent f’pajjiżna.
Dawk li se jattendu l-Quddies huma mitluba li:
Jaslu l-Knisja kmieni
Iżommu d-distanza soċjali f’kull ħin
Jidħlu biss mill-bieb immarkat ‘dħul’ u joħorġu mill-bieb immarkat ‘ħruġ’
Ikunu liebsin maskra tal-wiċċ jew visor
Ipoġġu fejn indikat lilhom mill-ushers
Ma jagħmlu l-ebda kuntatt ma’ persuni oħra lanqas waqt l-għoti tal-paċi.
Ma jħallu xejn warajhom fil-bank
Jibqgħu f’posthom waqt it-tqarbin u jagħmlu sinjal lill-qassis jekk ikunu jridu jitqarbnu
Barra minn dan, fil-bieb ser tiġi ċċekjata t-temperatura filwaqt li mhux permess li wieħed jieqaf jitlob quddiem statwa jew xbieha. Għal qrar il-persuni huma mitluba jżommu d-distanza filwaqt li m’għandux jinġema kju.