F’dawn iż-żminijiet tas-sena huma bosta dawk li jehdew jisimgħu l-marċi funebri.
Il-marċi funebri f’Malta imorru lura għal tmiem is-seklu dsatax u fil-bidu tas-seklu għoxrin, fejn uħud mill-baned f’pajjiżna kellhom ix-xorti li jgawdu s-servizz ta’ surmastrijiet barranin, l-iktar Taljani.
Kien f’dan iż-żmien li nsibu li dawn is-surmastrijiet introduċew mal-baned Maltin, il-‘Marcia Funebre’, b’idjoma u stil Taljan.
Din l-espressjoni mużikali tidher li kienet intlaqgħet tajjeb tant illi għal ħafna snin il-marċi funebri Taljani ma konna nbidluhom ma’ xejn.
Din it-tradizzjoni ssoktat u ssaħħet wara l-gwerra, speċjalment f’dawk l-ibliet u l-irħula li fihom issir il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira.
Mario Degabriele, li huwa preżentatur fuq ONE Radio, spjega magħna li l-marċi funebri, ġeneralment jinkitbu fi kjavi minuri u jkollhom temp aktar meqjus.
Huwa qasam magħna liema huwa dawk il-kompożizzjonijiet funebri li baqgħu popolari magħna l-Maltin.
Degabriele tenna, ‘Iċ-Ċipresso dejjem, imbgħad hawn id-dolore, għadna ta’ Vincenzo Ciappara A Mia Madre għadhu jindaq. Lejn in-naħa taż-Żejtun A Mia Madre tas-Surmast Giuseppe Maria Dalli, għadhom b’saħħithom ħafna. Anke Via Dolores ta’ Raymond Sciberras li għandu popolari ħafna ma nies.’
Is-Sur Degabriele spjega ukoll li f’dan l-aħħar erba’ ġimgħat, anke fid-dawl li l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira ilhom ma joħorġu għal dawn l-aħħar sentejn, inkitbu erba’ u erbgħin kompożizzjoni ġdida.
F’dan iż-żmien ta tradizzjoni kbira, l-istazzjon tar-radju One Radio qed ixxandar sensiela ta’ programmi ta’ marċi funebri biex wieħed ikompli jidħol fl-atmosfera ta’ dan iż-żmien speċjali.
Huwa saħaq, ‘Illum għandna l-Banda San Gusepp Melita mill-Imsida, li ilhom mitt sena flimkien, u l-Banda tas-Soċjeta’ Mużikali San Piju ta’ Ħal Lija, dawk għal lejla. Għada imbgħad għadna tal-Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel ta’ Ħaż Żabbar.’