Qed terġa’ toqrob edizzjoni oħra tal-Malta Song Contest fejn tħabbru t-30 kanzunetta li se jkunu qed jgħaddu għall-fażi li jmiss tal-Malta Song Contest 2018.
Dan sabiex minn dawn is-semi finalisti jintgħażlu s-16-il finalist biex fi Frar tintgħażel il-kanzunetta finali li se tkun qed tirrappreżenta lil Malta f’Mejju li ġej fil-kapitali Portugiża, Lisbona.
Fost il-kanzunetti li għaddew insibu lil Christabelle li reġgħet irritornat b’kanzunetta oħra wara sena wieqfa mill-Malta Eurovision Song Contest u kif ukoll lil Eleanor Cassar wara ħames snin wieqfa mill-Malta Eurovision Song Contest.
Filwaqt li s-sena li għaddiet waħda mill-aktar kanzunetti favoriti li kienet fuq fomm il-Maltin kienet dik Kewkba, kanzunetta bil-Malti, din is-sena jidher li l-ebda kanzunetta li tinsab fis-semi finali mhi bil-lingwa Maltija.
Dawn huma t-30 kanzunetta li għaddew għas-semi finali:
- Abire Sekakki – Casablanca Love
- Aidan – Dai Laga
- Aidan – See You
- Avenue Sku – We Can Run
- Brooke Borg – Heart of Gold
- Christabelli Borg – Taboo
- Dan – If Only
- Danica Muscat – One Step At A Time
- Deborah C – Turn It Up
- Deborah C & Joseph Tabone – Human
- Dominic Cini – Picture I Draw
- Eleanor Cassar – Back to Life
- Ishmael Grech – Good Times
- Jasmine Abela – Supernova
- Kelsey Bellante – Super Woman
- Kevin Paul Calleja – Great Adventure
- Kimberley Cortis – Monsters
- Kurt Anthony Cassar – You Will Find Me
- Lawrence Gray – Love Renegade
- Malcolm Pisani – Kiss
- Matthew Caruana – Call 2morrow
- Mikhail Attard & Cherylis Camilleri – Breaking Point
- Miriana Conte – Rocket
- Nicole Azzopardi – Mixed Feelings
- Petra Whiteford – Evolution
- Raquel Galdes – In My Mind
- Rhiannon Micallef – Beyond Blue Horizons
- Richard Joe Micallef – Song For Dad
- Stefan Galea – Closer
- Tiziana Calleja – First Time