Il-passiġġieri kollha li jiġu mill-ajruporti kollha li hemm ġewwa l-ibliet ta’ Pariġi u Marsilja fi Franza għandu jipprovdi PCR COVID-19 test negattiv magħmul mhux aktar minn tnejn u sebgħin (72) siegħa qabel il-wasla tiegħu f’Malta. Dawn iż-żewġt ibliet Frnaċiżi ġew iżjuda mal-lista oranġjo b’rabta mar-regolamenti dwar l-ittestjar mandatorju ta’ ċertu vjaġġaturi.
Stqarrija maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni reġgħet kkonfermat ukoll li passiġġieri li ġejjin mil-ajruporti Spajnoli ta’ Madrid, Barċellona u Ġirona flimkien mal-ajruporti fir-Rumanija, Repubblika Ċeka u t-Tuneżija wkoll għandhom jiġġrovdu riżultat ta’ test negattiv għall-COVID-19 sa 72 siegħa mal-wasla tagħhom f’pajjiżna.
Dan l-avviż dwar il-lista riveduta ta’ pajjiżi ser jidħol fis-seħħ minn nhar il-Ġimgħa, 11 ta’ Settembru, f’nofs il-lejl.