L-Awtorità Ewropea għall-Mediċini mistennija tiltaqa’ fil-wieħed u għoxrin ta’ Diċembru li ġej biex tapprova l-vaċċin kontra l-Coronavirus.
Dan ifisser ftit aktar minn ġimgħa qabel ppjanat, hekk kif il-ġurnata ta’ din il-laqgħa importanti mxiet wara pressjoni mill-istati membri, għaliex l-esperti tal-Awtorità kellhom jiltaqgħu fid-disgħa u għoxrin ta’ Diċembru.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula Von Der Leyen, qalet li kull ġurnata tgħodd, u għaddejja ħidma sfieqa biex jiġu awtorizzati vaċċini siguri u effettivi.
Every day counts – we work at full speed to authorise #COVID19 vaccines that are safe & effective.
I welcome @EMA_News bringing forward its meeting to discuss the @pfizer/BioNTech vaccine, before Christmas.
Likely that the first Europeans will be vaccinated before end 2020!
— Ursula von der Leyen (@vonderleyen) December 15, 2020
Anki l-Prim Ministru Malti Robert Abela laqa’ dan l-iżvilupp mill-Awtorità Ewropea għall-Mediċini.
I welcome the decision of the European Medicines Agency to bring forward the approval date of the vaccine by 8 days. Days that will save countless lives and livelihoods – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) December 15, 2020
Fil-Parlament Malti t-Tlieta filgħaxija, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega li dan l-iżvilupp ifisser li l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea se jkollhom vaċċin qabel il-Milied, u l-ewwel persuni nkluż f’Malta, se jibdew jitlaqqmu lejn l-aħħar tas-sena u l-bidu tas-sena d-dieħla, dejjem jekk il-Kummissjoni tapprova l-vaċċin it-Tnejn li ġej.
Il-Ministru Fearne spjega, “Dan ifisser li mbagħad, l-għada jew pitgħada, il-Kummissjoni tkun tista’ tagħti endorsement dik l-approval biex b’hekk, jekk kollox jimxi kif issa huwa ppjanat, aħna ġewwa pajjiżna flimkien ma’ pajjiżi oħra Ewropej, nibdew nirċievu l-ewwel konsinji tal-vaċċin tal-Coronavirus din is-sena stess, dan ix-xahar stess.”
Chris Fearne kompla jispjega kif pajjiżna diġà għandu assigurazzjoni li jkollu biżżejjed dożi biex jitlaqqam il-poplu kollu, u l-awtoritajiet tas-saħħa ħasbu f’imħażen apposta għall-vaċċin f’temperaturi apposta.
Il-Ministru sostna, “Il-vaċċin tal-Pfizer li jidher li huwa l-ewwel wieħed li se jkun approvat għall-użu fl-Ewropa, u Malta għandha nofs miljun doża ordnata mingħandhom, għandna mbagħad mitt elf doża mingħand il-Moderna u miljun doża mingħand l-AstraZeneca li huma kollha ordnati.”
Il-Ministru għas-Saħħa qal li l-approvazzjoni u l-wasla tal-vaċċin f’pajjiżna ma jfissrux li l-pandemija spiċċat, u appella għall-attenzjoni u d-dixxiplina.
Il-Ministru Fearne stqarr, “Malta hija fid-dinja u l-pandemija qiegħda fid-dinja kollha jiġifieri waqt li aħna ħadna dal-miżuri kollha biex ikollna l-vaċċin ġewwa pajjiżna u ħa nkunu wieħed mill-ewwel pajjiżi fid-dinja li nkunu laqqamna l-maġġoranza tal-popolazzjoni tagħna, ħa jkun hemm pajjiżi li se jkunu għadhom bilkemm bdew ilaqqmu u allura xorta rridu nibqgħu viġilanti anki minħabba dak li jkun qed jiġri ġewwa pajjiżi oħra.”
ARA WKOLL:
https://www.one.com.mt/2020/12/15/l-awtorita-ewropea-ghall-medicini-mistennija-tapprova-l-vaccin-ghall-covid-19-qabel-il-milied/