Jum wara jum fuq il-midja soċjali qed jibqgħu jiddominaw messaġġi ta’ tifħir għat-tobba u l-infermiera kollha li qed jiġġieldu kontra l-mard u t-tixrid tal-Coronavirus.
Iżda ċ-ċkejken Lydon iddeċieda li jirringrazzja lil dawn hekk imsejħa ‘eroj’ bit-talent uniku tiegħu, l-għana.
Fuq il-filmat Lydon deher jgħanni u jirringrazzja lill-istaff mediku kollu fosthom il-Professur Charmaine Gauci u anke lill-Gvern ta’ Malta.
Filmati bħal dawn u diversi atti oħra żgur li qed jimlew b’kurapp lil dawk kollha nvoluti sabiex jegħlbu kemm jista’ jkun malajr il-Coronavirus.
Filmat: Danica Pace