“Le Barra!” dan kien il-kliem li ġurnalist tal-midja tal-Partit Nazzjonalista uża fil-konfront tal-eks President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Mark Anthony Sammut ftit tal-minuti wara li s-Sibt li għadda ppreżenta r-riżenja tiegħu lill-kumplament tal-kumitat eżekuttiv. Dan l-inċident seħħ ftit tas-sekondi biss qabel ma Sammut qara stqarrija b’rabta mal-aħbar tar-riżenja tiegħu lill-mezzi tal-midja lokali.
Dawk preżenti nnutaw kemm kliem il-ġurnalist stunaw sew ma dawk tal-Kap Adrian Delia meta jgħid li l-bieb tad-Dar Ċentrali huwa miftuħ għal kulħadd.