Il-Prim Ministru Robert Abela awgura lilll-ambaxxatriċi Maltija għall-Eurovision Song Contest, Destiny.
Dan waqt laqgħa virtwali li kellu mal-kantanta Maltija, fejn Dr Abela faħħar it-talentI tagħha.
Il-Prim Ministru qal ukoll kif il-kantanta Maltija qed tagħmilna kbruin.
Waqt din il-laqgħa virtwali, Destiny qalet kif it-tim Malti qed jagħmel l-almu tiegħu.
Hija qalet kif waqt li tkun fuq il-palk tkun qed taħseb fil-Maltin u l-Għawdxin, li ċertament jinsabu warajha.
Fl-aħħar tal-laqgħa ngħaqdet mal-Prim Ministru, bintu Giorgia Mae, li wkoll awgurat lil Destiny.