Ftit tal-minuti wara li l-erba’ akkużati b’rabta ma’ żewġ omiċidji ċaħdu l-akkużi, huma daħlu fil-ħabs. Kien propju fl-22:35 meta grupp ta’ vetturi dehru joqorbu lejn il-ħabs ta’ Kordin.
B’kollox kien hemm tmien vetturi iżda seba’ minnhom daħlu fil-ħabs, bl-aħħar vann, li fih kien hemm pulizija armati u bil-balakavi ma daħalx fil-ħabs. Il-vetturi l-oħra kellhom fihom l-investigaturi u membri tas-sigurtà kif ukoll l-akkużati; l-aħwa Robert u Adrian Agius magħrufa bħala tal-Maksar, Jamie Vella u anki George Degiorgio magħruf bħala ċ-Ċiniż.
Jamie Vella kien liebes ilbies protettiv filwaqt li dawk għassa miegħu kienu lebsin ukoll ilbies abjad protettiv. Dan peress li Vella huwa pożittiv għall-Covid-19.
AQRA WKOLL:
https://www.one.com.mt/2021/02/24/bil-filmat-iwiegbu-mhux-hatja-u-jibqghu-jinzammu-arrestati-wara-li-gew-mixlija-bil-qtil-ta-dcg-u-carmel-chircop/