Filmat li xxandar fuq il-midja soċjali juri bastiment abbandunat u mgħarraq ftit ‘il barra minn Paradise Bay, fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta.
Fi stqarrija, Transport Malta qalet li ma kinitx infurmata b’dan l-inċident mis-sid jew mill-operatur skont kif mitlub mill-liġi, u saret taf bih b’dan il-filmat. Żied jingħad li Transport Malta qed tistabbilixxi min hu s-sid tal-vapur biex jibda’ l-proċess meħtieġ biex jitneħħa l-bastiment mill-ilma.
Dan filwaqt li talbet lill-pubbliku biex jekk jiltaqa’ ma’ irregolaritajiet simili, dawn ikunu rrappurtati minnufih b’email fuq info.tm@transport.gov.mt, billi jċempel fuq 80072309, jew billi jibgħat messaġġ privat fuq il-paġna ta’ Transport Malta fuq Facebook