Vettura nqerdet minn nirien wara li ħadet in-nar f’showroom tal-karozzi fil-Mosta. Il-każ seħħ għall-ħabta 05:40 kmieni dalgħodu fi Triq il-Kostituzzjoni.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li fi ftit ħin ikkontrollaw in-nirien.
It-triq ingħalqet għal ftit ħin imma infetħet għall-ħabta tas-06:15.
Il-vettura li ħadet in-nar inqerdet għalkollox, numru ta’ vetturi li kienu fl-istess showroom ġarrbu xi ħsarat ukoll. Mhux magħruf x’seta kkawża n-nirien.