Fil-bullettin mediku ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci, fakkret li kull min għandu aktar minn sittax-il sena jista’ jirreġistra biex jieħu l-vaċċin kontra l-Coronavirus.
Meta tat spjegazzjoni dwar dawk imlaqqma f’pajjiżna, spjegat li 95% ta’ dawk li għandhom aktar minn sittin sena huma mlaqqma b’minn tal-inqas l-ewwel doża tal-vaċċin. Bl-ewwel doża huma mlaqqma wkoll 75% ta’ dawk bejn 50 u 59 sena, 69% ta’ dawk bejn 40 u 49 sena, 55% tan-nies bejn 30 u 39 sena, u 24% ta’ dawk bejn 16 u 29 sena.
Persuni mlaqqma b’minn tal-inqas l-ewwel doża:
60+ – 95%
50-59 – 75%
40-49 – 69%
30-39 – 55%
16-29 – 24%