Ftit qabel il-ħdax ta’ dalgħodu l-P33, li kienet dgħajsa tal-Forzi Armati ta’ Malta ġiet mgħarqa fil-ponta taż-Żonqor f’Wied il-Għajn.
Din issa se tkun t’attrazzjoni għall-bugħaddasa.
Il-P33 kienet patrol boat li kienet nġiebet mill-Ġermanja fil-bidu tad-disgħinijiet.
Isegwi din l-operazzjoni interessanti kien hemm il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo.
Huwa fisser l-industrija tal-għadis bħala waħda importanti għall-gżira mdawra bil-baħar fejn bosta turisti jfittxu opri tal-baħar taħt il-baħar.