Waqt il-programm Pjazza ġie żvelat l-aġir irresponsabbli tad-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina li prova jipperikola ħajjet pulizija mis-sezzjoni tal-muturi tat-traffiku.
Filmat li xxandar, wera kif Karol Aquilina prova jfixkel skorta ta’ delegazzjoni ta’ Ministru Barrani li kien f’pajjiżna. Filwaqt li l-karozzi l-oħra warbu u segwew l-ordnijiet tal-pulizija, waqt li kien qed isuq fi triq li tagħti lejn il-Belt, mhux biss daħal f’nofs il-karozzi tad-delegazzjoni, imma Karol Aquilina, saq meta id-dwal tat-traffiku kienu juru l-aħmar u ma tax ċans lin-nies jaqsmu.
Huwa saħansitra pperikola ħajjet l-uffiċjali tal-pulizija li kien qed isuq il-mutur tat-traffiku.
F’manuvra aktar perikoluża Karol Aquilina kważi waqqa’ l-pulizija li kien fuq il-mutur.
Żewġ pulizija tal-muturi tat-traffiku, dehru wkoll jkellmu lil Karol Aquilina, iżda hu deher ma jagħtix kashom u jeħdodha kontra tagħhom, tant li ħareġ ixxejjer idu u jieħu tiegħu minn fuq.
Sorsi qalu li wara dan l-inċident, Karol Aquilina kien mitkellem mill-pulizija imma invoka privileġġ parlamentari.
Iżda il-mistoqsija tibqa’, x’azzjoni se jieħu l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia fil-konfront tal-kelliem tal-governanza t-tajba?