Din li tistgħu taraw fir-ritratti hija l-istraġi li kkaġuna l-maltemp ta’ dan tmiem il-ġimgħa, fil-binja tal-klabb tal-waterpolo f’San Ġiljan.
Kelliem għall-klabb qal li l-ħsara tlaħħaq l-eluf kbar, b’għamara imkissra, il-parquet fil-baħar u biċċiet mill-binja li spiċċaw iġġarrfu.
Esprima wkoll tħassib għall-fatt li l-klabb m’għandux dawn it-tip ta’ finanzi biex jirranġaw il-ħsara li saret.