Għal kull min iħobb l-annimali, Arani Issa ta’ din il-ġimgħa żgur li m’għandux jitilfu, dan għaliex Joseph Chetcuti u t-tim tiegħu għażlu lil Krista sabiex tirrakkonta l-esperjenza tagħha, esperjenza ta’ mħabba lejn l-annimali mingħajr kundizzjoni.
Krista tat imħabba ‘l fuq minn 30 kelb miġbur mit-toroq ta’ Malta. Klieb li uħud minnhom kellhom xi diżabilita’ u min mormi għal għonq it-triq nieqes mill-imħabba li jistħoqqlu!
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/10/18112351/Copy-of-Article-Posting-20232024-2024-10-18T112341.660-1024x538.jpg)
Fil-programm ta’ din il-ġimgħa, ser napprezzaw ukoll il-kuraġġ ta’ Meagan, mara u omm ta’ kuraġġ kbir li għaddiet u għadha għaddejja minn ħafna meta tilfet wieħed mit-tewmin tagħha waqt il-ħlas. Hija tirrakkonta l-istorja tagħha b’mod tant emozzjonanti u tgħidlilna l-isfidi li ssib kuljum waqt li trabbi t-tewmi li baqa’ ħaj.
Arani Issa jlaqqana’ wkoll mal-ħlewwa ta’ Eric, infermier tant iddedikat li wiċċu dejjem jixgħel bit-tbissima unika tiegħu
ARANI ISSA jixxandar is-Sibt 19 t’Ottubru fid-8:45pm