Fir-raħal ta’ Nueva Jerusalem fil-Gwatemala, fejn jaħdem il-missjunarju Għawdxi Dun Anton Grech, tgħix omm jisimha Marisol.
Marisol għandha ħamest itfal. It-tifel il-kbir, li kien jgħinha fix-xogħol tal-għalqa, miet b’inċident xi snin ilu waqt li kien qed jaħdem l-għalqa. Il-post fejn tgħix Marisol ma jistax jissejjaħ dar. Fiha ma ssib xejn għajr ftit kartun fuq ħadid fejn ipoġġu rashom it-tfal iż-żgħar biex jorqdu filgħaxija għax imħaded ma kellhomx biżżejjed. Jieklu minn dak li jiddubbaw, jekk jiddubbaw.
Kaylor, it-tifel iż-żgħir, qed ibati minn problema ta’ nutrizzjoni u jekk ma jsir xejn ikun f’periklu ta’ mard serju li jista’ anki jtemmlu ħajtu qabel il-waqt. Dun Anton qed jipprova jgħin kif jista’ lil din il-familja. L-ewwel li għandhom bżonn hi daqsxejn ta’ kamra iktar dinjituża. Imbagħad għajnuna għall-bżonnijiet bażiċi tagħhom fejn jidħol ikel, kura u edukazzjoni.
It-telefonata tiegħek waqt il-maratona ‘il-Missjoni Bżonnok’ tista’ tagħmel differenza kbira fil-ħajja ta’ din il-familja.
Il-maratona ‘il-Missjoni Bżonnok’ qed tixxandar fuq ONE f’diversi ħinijiet matul il-Ġimgħa 14, is-Sibt 15 u l-Ħadd 16 t’April