Wara ħafna xhur ta’ stennija BRILLANTI jirritorna illejla, din is-sena: BRILLANTI SINGERS.
Minn kull rokna ta’ Malta u Għawdex u lilhinn marru bi ħġarhom għall-awdizzjonijiet ta’ din is-sensiela tant speċjali fejn il-premju aħħari, total ta’ €30,000 jintużgħu għall-avvanz tat-talent tar-rebbieħa, din id-darba t-talent popolari tal-Kant!
L-emozzjonijiet huma kbar hekk kif it-tliet membri tal-ġurija internazzjonali jaslu ġewwa Dar il-Mediterran għall-konferenzi sabiex jibdew l-awdizzjonijiet: Nate Morrison mill-Ingilterra, Verdiana mill-Italja u Sara Harrison mill-Amerka ser ikunu l-membri tal-ġurija li ser ikollhom f’idejhom id-destin taż-żgħażagħ li kollha għandhom ħolma waħda – dik li jkunu r-rebbieħ/a ta’ BRILLANTI SINGERS 2025.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/12081602/476384118_606028362186730_8691113175534417837_n-819x1024.jpg)
F’dan l-ewwel programm ta’ dan l-istaġun, Joseph Chetcuti u t-tim tieghu ser iwasslilna ‘l fuq minn għoxrin applikant fejn ser naraw flimkien l-awdizzjoni ta’ kull wieħed, id-deċiżjoni tal-ġurija u ħafna filmati ‘reality’ backstage!
Ser ikunu diversi il-protagonisti li ser isebbħu l-programm tal-lejla fosthom iċ-ċkejkna Naya li l-ħlewwa tagħha ser tisraq il-qlub ta’ kulhadd, it-talent kbir ta’ Mariah, Mina u Ethan u bosta żgħażagħ oħra b’vuċi li tħallik b’ħalqek miftuħ, kif ukoll Maltin ta’ eta aktar avvanzata bħal Joseph Delmar li ta’ 69 sena huwa l-ixjaħ parteċipant li qatt kien hemm fl-edizzjonijiet kollha ta’ BRILLANTI.
Emozzzjonijiet kbar u sorpriżi li ma jitwemmnux, l-Erbgħa filgħaxija BRILLANTI SINGERS fid-20:45 dejjem fuq ONE