Kienet lejla mill-isbaħ hekk kif ilbieraħ saret iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa 2023 fuq il-Fosos tal-Furjana.
Minn kantanti Maltin rinomati għal spettaklu mill-isbaħ fuq palk majestuż, l-ewwel tax-xorta tiegħu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Id-disinn tal-palk kien magħmul mit-tmien ponot tas-Salib ta’ Malta u ġo fih kien hemm id-disinn tal-George Cross.
Kien il-Prim Ministru, Robert Abela, li ddikjara l-Logħob miftuħ, qabel ma nxtegħlet it-torċa Olimpika.
Ilbieraħ beda l-Logħob, b’mitejn atleta qed jikkompetu f’isem Malta, flimkien ma’ numru rekord ta’ atleti minn 9 pajjiżi differenti.