Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli flimkien ma’ Vincent Attard minn Nature Trust kienu preżenti għall-installazzjoni ta’ fekruna tal-ħadid f’Wied iż-Żurrieq.
L-għan ta’ din il-fekruna huwa li titqajjem iżjed kuxjenza dwar il-plastik u l-effetti li jħalli meta jispiċċa fil-baħar. Apparti li wieħed m’għandux jarmi plastik fil-baħar, huwa mħeġġeġ li jekk jiltaqa’ ma’ xi forma ta’ plastik bħal fliexken tal-plastik, li jdumu mal-450 sena biex jiddiżintegraw, ipoġġihom f’din il-fekruna tal-ħadid.
Intqal li l-boroż tal-plastik huma perikolużi wkoll, għax ħafna drabi fekruna taħsbu l-brama li normalment tiekol bil-konsegwenza li tispiċċa tifga fiha.
Din il-fekruna tal-ħadid diġà ġiet installata wkoll f’Birżebbuġa, u matul il-ġimgħa d-dieħla se tiġi installata fekruna oħra fil-Mellieħa.
Dawn il-fkieren ġew sponsorjati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.