Min f’dawn il-jiem għal xi raġuni jew oħra qasam il-fliegu bil-vapuri tal-Gozo Channel, seta’ jinnota li ttieħdu wkoll il-prekawzzjonijiet meħtieġa fid-dawl tal-aħħar rilaxxar ta’ miżuri b’rabta mal-pandemija.
Fejn qabel wieħed seta’ jpoġġi fuq kull mejda, issa, kif juru r-ritratti, mhux l-imwejjed kollha jistgħu jintużaw mill-pubbliku. Dan kollhu sabiex tinżamm id-distanza ta’ żewġ metri bejn mejda u oħra.
Wara ġimgħat magħluqa, il-kafeterija tal-vapur reġgħet fetħet, iżda ħadd mill-pubbliku ma jista’ jpoġġi fuq is-sufanijiet li hemm fiż-żona tal-kafeterija.
F’kull vjaġġ, il-vapuri mhux qed jabbu l-ammont massimu ta’ nies bħal qabel.
Min-nhar it-Tnejn li għadda l-Kumpanija Gozo Channel bdiet topera bl-iskeda l-ġdida tas-sajf.